Skip to main content

Glossarju

Dan il-glossarju multilingwi jipprovdi definizzjonijiet faċli biex jinftiehmu għat-termini xjentifiċi ewlenin użati fuq dan is-sit web fid-dominju tal-valutazzjoni tar-riskju. It-termini u d-definizzjonijiet tagħhom huma referenzjati fil-prodotti ta’ komunikazzjoni tagħna bħala noti pop-up biex jispjegaw kunċetti lill-pubbliku mingħajr ebda għarfien speċjalizzat.
L-ortografija bl-Ingliż Standard tintuża dejjem. L-akronimi huma miktuba b’ittra kbira. It-termini huma ppreżentati b’ittra żgħira. L-entrati għandhom jiġu tradotti fl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-UE.
Il-glossarju huwa dokument ħaj soġġett għal aġġornamenti regolari. It-termini rilevanti neqsin jistgħu jiġu ssuġġeriti bl-użu tal-formola online Saqsi Mistoqsija.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: Id-definizzjonijiet fil-glossarju huma maħsuba biss biex jgħinu lill-utenti ta’ dan is-sit web jifhmu t-terminoloġija xjentifika. Id-definizzjonijiet jistgħu jvarjaw minn dawk mogħtija fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea u fil-Ġurnal tal-EFSA.

N


Materjal naturali jew manifatturat li jkun fih unitajiet uniċi minuskuli li tipikament ikunu ta’ bejn 1 u 100 nanometru. Nanometru huwa biljun ta’ metru (xagħra tal-bniedem hija wiesa’ 80 000-100 000 nanometru).

L-istudju tan-nanomaterjali.

Kwalunkwe effett avvers fuq is-sistema nervuża (eż. paraliżi jew telf tal-funzjoni) li jirriżulta mill-esponiment għal sustanzi potenzjalment tossiċi.

Il-kurva ta’ doża-rispons mhux monotonika (NMDRC) hija relazzjoni kumplessa bejn id-doża ta’ sustanza u l-effett tagħha, b’tali mod li minflok ċertu rispons sempliċiment jiżdied jew jonqos bid-doża, il-kurva tista’ tkun pereżempju forma ta’ “U”.

Il-livell bla effett ħażin osservat (NOAEL) huwa l-akbar konċentrazzjoni jew ammont ta’ sustanza li fiha ma jseħħ l-ebda effett avvers evidenti f’popolazzjoni esposta.

Iż-żmien meħtieġ għal 50 % ta’ sustanza preżenti f’individwu, f’popolazzjoni jew f’ekosistema sabiex titkisser jew tiġi eliminata b’mod naturali. Ħafna drabi tintuża sabiex tiddeskrivi l-għajbien ta’ sustanzi li jistgħu potenzjalment ikunu ta’ ħsarabħal tossini kimiċi.

Numru użat fl-Unjoni Ewropea biex jiġu identifikati l-addittivi tal-ikel permissibbli. Numru E jfisser li addittiv ikun għadda mit-testijiet tas-sikurezza u li jkun ġie approvat għall-użu.

Element jew kompost meħtieġ għat-tkabbir, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-saħħa normali. In-nutrijenti essenzjali ma jistgħux isiru mill-ġisem u għalhekk iridu jiġu kkonsmati mill-ikel.

Kwalunkwe sustanza li organiżmu ħaj irid jikkonsma mid-dieta sabiex jappoġġa s-saħħa, l-iżvilupp u t-tkabbir normali.

Ix-xjenza ta’ kif id-dieta hija relatata mal-ħtieġa tal-ġisem għal sosteniment.