Glossarju
Dan il-glossarju multilingwi jipprovdi definizzjonijiet faċli biex jinftiehmu għat-termini xjentifiċi ewlenin użati fuq dan is-sit web fid-dominju tal-valutazzjoni tar-riskju. It-termini u d-definizzjonijiet tagħhom huma referenzjati fil-prodotti ta’ komunikazzjoni tagħna bħala noti pop-up biex jispjegaw kunċetti lill-pubbliku mingħajr ebda għarfien speċjalizzat.
L-ortografija bl-Ingliż Standard tintuża dejjem. L-akronimi huma miktuba b’ittra kbira. It-termini huma ppreżentati b’ittra żgħira. L-entrati għandhom jiġu tradotti fl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-UE.
Il-glossarju huwa dokument ħaj soġġett għal aġġornamenti regolari. It-termini rilevanti neqsin jistgħu jiġu ssuġġeriti bl-użu tal-formola online Saqsi Mistoqsija.
Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: Id-definizzjonijiet fil-glossarju huma maħsuba biss biex jgħinu lill-utenti ta’ dan is-sit web jifhmu t-terminoloġija xjentifika. Id-definizzjonijiet jistgħu jvarjaw minn dawk mogħtija fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea u fil-Ġurnal tal-EFSA.
G
Teknoloġija tal-inġinerija ġenetika maħsuba biex tħaffef it-trażmissjoni ta’ elementi ġenetiċi speċifiċi ta’ interess f’popolazzjoni fil-mira
Mod rikonoxxut ta’ kategorizzazzjoni ta’ speċi ta’ organiżmi relatati mill-qrib. Il-ġeneru huwa l-ewwel parti tal-isem Latin ta’ speċi pereżempju, Homo Sapiens (il-bniedem) hija parti mill-ġeneru Homo
L-ammont kollu ta’ materjal ġenetiku misjub fiċ-ċelloli ta’ organiżmi ħajjin
Metodu ta’ viżwalizzazzjoni ta’ ġene wieħed jew iktar f’organiżmu ħaj. Ħafna drabi dan jintuża bħala mezz sabiex tinftiehem karatteristika partikolari
Meta sustanza tkun kapaċi tagħmel ħsara lid-DNA fiċ-ċelloli
Il-ġestjoni tar-riskji li ġew identifikati mill-valutazzjoni tar-riskju. Dan jinkludi l-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni li tirriżulta meħuda biex jiġu protetti l-konsumaturi, l-annimali u l-ambjent
Prassi tajba tal-laboratorju (GLP) hija mod standardizzat ta’ ppjanar, twettiq u rapportar ta’ studji bbażati fuq il-laboratorju biex jiġi żgurat standard għoli ta’ kwalità u affidabbiltà
proteina li tinsab fil-qamħ, fix-xgħir u fis-segala. Is-sintomi tal-marda tas-coeliac jiġu kkawżati mill-inġestjoni tal-glutina
Sustanzi kimiċi li jitqiesu bħala grupp minħabba li x’aktarx jaġixxu bl-istess mod fuq il-ġisem
Grupp ta’ persuni li jeħtieġu kunsiderazzjoni speċifika meta jiġu vvalutati l-ħtiġijiet nutrizzjonali jew l-effetti fuq is-saħħa tas-sustanzi; pereżempju, nisa tqal, trabi u persuni esposti għal dożi ogħla ta’ sustanzi permezz tal-ambjent tagħhom
Sustanza li tiżdied matul l-ipproċessar tal-ikel biex jingħataw karatteristiċi partikolari; pereżempju, il-ħmira miżjuda mal-ħobż
Għelejjel imkabbra f’serer jew f’kultivazzjoni mkabbra taħt kopertura (eż. koperturi tal-plastik tas-serer (polytunnels))
L-għanijiet speċifiċi ta’ valutazzjoni tar-riskju ambjentali f’termini ta’ x’għandu jiġi protett, fejn għandu jiġi protett, fuq liema perjodu ta’ żmien u b’liema grad ta’ ċertezza.
Għażla ta’ ġestjoni tar-riskju li taċċetta livell negliġibbli ta’ effett minn esponiment għal fattur ta’ stress kimiku, bijoloġiku jew fiżiku f’popolazzjoni jew f’ekosistema
Għażla ta’ ġestjoni tar-riskju li taċċetta xi livell ta’ effett mill-esponiment għal fattur ta’ stress kimiku, bijoloġiku jew fiżiku f’popolazzjoni jew f’ekosistema jekk iseħħ irkupru ekoloġiku