Kif tibda l-karriera tiegħek fl-EFSA
Qed tfittex esperjenza ġdida? Jekk qed tfittex impjieg sinifikanti f’ambjent tax-xogħol verament internazzjonali, traineeship fl-EFSA huwa l-aqwa ħaġa għalik! Aħna noffru traineeships imħallsa bl-opportunità li nqattgħu 5 xhur sa 12-il xahar fil-kwartieri ġenerali tagħna f’Parma.
Aħna noffru traineeships lil kandidati mill-Istati Membri kollha tal-UE u mill-pajjiżi kandidati kif ukoll lil kandidati internazzjonali.

Għandek l-ingredjenti biex tkun it-trainee li jmiss tagħna?
Ix-xogħol fl-EFSA bħala trainee se jagħti bidu għall-karriera u l-esperjenza professjonali tiegħek fi kwalunkwe qasam li tispeċjalizza fih. Aħna qed nistennew bil-ħerqa li nilqgħu talenti żgħażagħ motivati minn sfondi akkademiċi u professjonali differenti (xjenzati, professjonisti tal-komunikazzjoni u legali, esperti tal-IT, eċċ.). It-tim internazzjonali tagħna ta’ speċjalisti huwa divers daqs l-ikel li nivvalutaw!
Esperjenza ta’ sena sħiħa
Int se tkun akkumpanjat minn konsulent li se jiggwidak u jħarrġek matul it-traineeship tiegħek. Hemm ukoll Komunità ta’ Trainees b’saħħitha fejn tista’ tiskambja esperjenzi mal-pari tiegħek u tibni networks soċjali li jistgħu jdumu għaddejjin aktar mit-traineeship tiegħek.
Matul it-traineeship imħallas, tkun tista’ tibbenefika minn ħafna mis-servizzi li l-EFSA toffri lill-impjegati tagħha:
Il-kultura u l-ispirtu tat-tim tagħna
- Se taħdem f’ambjent internazzjonali, divers u ta’ ispirazzjoni.
- Se tkun tista’ tipparteċipa f’ħafna avvenimenti organizzati mill-Komunità tat-Trainees.
Ambjent tax-xogħol stimulanti
- Se jkollok l-opportunità li tinvolvi ruħek b’mod attiv fix-xogħol tagħna ta’ kuljum u tagħmel il-parti tiegħek fis-sikurezza tal-ikel fl-UE.
- Parma hija ċ-ċentru tal-ikel: mhux biss se taħdem fuq proġetti relatati mas-sikurezza tal-ikel, iżda se tgħix ukoll f’belt imdawra bil-kultura tal-kċina.
Tkabbir u tagħlim fl-EFSA
- Se tiżviluppa u ssaħħaħ l-għarfien tiegħek dwar is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, il-produzzjoni tal-ikel u s-sostenibbiltà tal-ikel.
- Se jkollok il-possibbiltà li tieħu sehem f’korsijiet ta’ taħriġ organizzati mill-EFSA.
Daqqa t’għajn lejn l-EFSA
570
Membri tal-persunal
650
Esperti
Trainees, Interims, xjenzati Mistiedna u Esperti Nazzjonali Sekondati
Kif issir trainee
Sottomissjoni tal-applikazzjoni
- Oħloq il-kont tiegħek fil-portal tar-reklutaġġ tagħna u segwi l-gwida pass pass fil-manwal għall-kandidati.
- L-applikazzjoni tiegħek se tiġi skrinjata abbażi tal-kriterji tal-eliġibbiltà.
- Jekk int adattat għall-kariga ta’ traineeship, tiġi kkuntattjat għal intervista bit-telefon jew online biex jiġu diskussi l-aspettattivi u d-disponibbiltà tiegħek.
- Id-deċiżjoni finali hija f’idejn id-Direttur Eżekuttiv tagħna, abbażi tar-rakkomandazzjoni tal-unità/tat-tim. Il-kandidati magħżula jirċievu ittra elettronika ta’ offerta fil-profil tagħhom.
Kriterji ta’ eliġibbiltà
- Irid ikollok grad universitarju sħiħ ta’ mill-inqas 3 snin sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet.
- Għandu jkollok għarfien tajjeb tal-Ingliż (mill-inqas livell B2 skont il-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi – QKERL).
X’għandek tistenna mit-traineeship tiegħek
- Se tikseb esperjenza professjonali f’Aġenzija Ewropea xjentifika ewlenija.
- Tista’ tespandi n-network professjonali u/jew xjentifiku tiegħek.
- Tista’ tiżviluppa u ssaħħaħ il-ħiliet u l-kompetenzi tiegħek fil-qasam ta’ interess magħżul.
- Traineeship fl-EFSA jista’ jagħti spinta lill-karriera fil-qasam ta’ interess tiegħek.
In-natura tal-ħidma se tiddependi mit-tim li int assenjat għalih, iżda t-traineeship se jagħtik l-opportunità li:
• Tikseb esperjenza diretta tax-xogħol ta’ Aġenzija xjentifika tal-UE u tiżviluppa kompetenzi u ħiliet ġodda f’konformità mal-interessi personali u l-aspirazzjonijiet professjonali tiegħek.
• Tikkontribwixxi għall-objettivi ġenerali tal-unità billi tappoġġa l-abbozzar ta’ dokumenti u rapporti, l-immaniġġjar ta’ xogħol xjentifiku u/jew amministrattiv, u l-komunikazzjoni f’waqtha tar-riżultati.
• Tikkontribwixxi għal proġetti u attivitajiet speċifiċi b’ideat ġodda u soluzzjonijiet innovattivi.
• Tikkontribwixxi għall-ippjanar u l-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-unità.
• Tipparteċipa f’opportunitajiet ta’ taħriġ, li jgħinuk tikber b’mod professjonali.
Irċievi avviżi dwar l-impjiegi
Fil-bażi tad-data tal-impjiegi tagħna tista’ tirreġistra biex tapplika għal pożizzjoni miftuħa u tirreġistra għal avviżi dwar impjieg jekk bħalissa ma jkun hemm l-ebda impjieg xieraq disponibbli.