Le għall-influwenza tat-tjur: ipproteġi r-razzett tiegħek!

No bird flu campaign banner
Data tal-aħħar revizjoni:

Il-protezzjoni tal-irziezet tagħna minn mard infettiv tibda bis-sensibilizzazzjoni u l-prevenzjoni. Il-kampanja fl-UE kollha #NoBirdFlu tipprovdi informazzjoni ewlenija dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-twaqqif tat-tixrid tal-influwenza avjarja. Kemm jekk taħdem f’razzett, tieħu ħsieb qatgħa domestika, jew iżżur irziezet bħala parti mill-impjieg tiegħek, billi ssegwi ftit passi kruċjali tista’ tagħmel differenza kbira fil-protezzjoni tas-saħħa tal-annimali.

Stqarrija għall-istampa Riżorsi biex jinxterdu

Żomm l-influwenza tat-tjur barra

Ikkontrolla l-aċċess

  • Fir-razzett daħħal persuni, vetturi, għodod u ċestuni biss meta jkun meħtieġ.
  • Qabel ma tidħol fir-razzett, dejjem ilbes ħwejjeġ nodfa, aħsel idejk, ilbes l-ingwanti u biddel jew naddaf u ddiżinfetta iż-żarbun tiegħek. Jekk possibbli, żomm l-ilbies għax-xogħol ta’ fuq ir-razzett għal hemm biss, biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni.
  • Applika l-miżuri ta’ diżinfezzjoni, bħal banjijiet b’diżinfettant għas-saqajn fl-entratura, għal kull persuna u għal kull oġġett – persuni, vetturi, għodod u ċestuni – li jidħlu fir-razzett, f’każ li kellhom kuntatt reċenti ma’ tjur, ma’ ħmieġ tat-tjur jew ma’ għasafar slavaġġ.

Tindifa sħiħa

  • Naddaf u ddiżinfetta regolarment il-faċilitajiet, it-tagħmir u ż-żoni ta’ akkomodazzjoni kollha bir-reqqa, u neħħi l-iskart kollu, speċjalment wara kull ċiklu ta’ produzzjoni.
  • Issepara b’mod strett is-sezzjonijiet “nodfa” (f’kuntatt mal-annimali) u “maħmuġin” (f’kuntatt ma’ żoni esterni) tar-razzett.
  • Żomm l-għalf ħieles mill-kontaminazzjoni u pprovdi ilma tax-xorb frisk u nadif lill-qatgħa tiegħek.

L-ebda spazju għall-għasafar slavaġġ

  • Uża soqfa sħaħ, ħitan issiġillati, u rixtelli bi spazji dojoq fl-imħażen tat-tjur sabiex ma jkunux jistgħu jidħlu għasafar slavaġġ u annimali oħra li jistgħu jġorru mard fl-irziezet.
  • Evita li ċċaqlaq l-għalf bejn qatgħat differenti, u kun żgur li ma jkun hemm l-ebda ilma qiegħed fir-razzett.
  • Kun żgur li kwalunkwe ħaxix jew veġetazzjoni oħra qrib ir-rixtelli u ċnut jinżammu puliti u qosra biex jiġu pprevenuti żoni mxarrba u fejn l-għasafar slavaġġ jiġu jfittxu l-ikel
  • Ipproteġi l-ispazji fuq barra b’kompartimenti ta’ xbieki jew wajers u tinsiex tiċċekkja regolarment jekk hemmx toqob jew xquq. Apparat li jbeżża’ jew igerrex jista’ jgħin ukoll biex jiskoraġġixxi lill-għasafar slavaġġ u l-mard li jistgħu jġorru milli jersqu lejn iż-żona tar-razzett.

Speċi waħda, spazju wieħed

  • Tipi differenti ta’ tjur –bħal tiġieġ, papri u dundjani – għandhom jinżammu ’l bogħod minn xulxin biex jiġi evitat li l-mard jinfirex bejn l-ispeċijiet.
  • Annimali oħra, inklużi annimali domestiċi jew bhejjem, għandhom jinżammu wkoll ’il bogħod mit-tjur.

Agħraf is-sinjali

  • Jekk tinnota xi ħaġa mhux tas-soltu fil-qatgħa tiegħek – tnaqqis fil-konsum tal-għalf jew tal-ilma, imwiet f'daqqa, mġiba stramba jew sinjali oħra ta' mard, speċjalment sintomi respiratorji – toqgħodx tistenna jew taħsibha, iżola kull għasfur marid u kkuntattja immedjatament lill-veterinarju tiegħek jew lill-awtoritajiet lokali għas-saħħa tal-annimali.
  • Aktar ma tieħu azzjoni malajr, aktar ma tkun kbira l-probabbiltà li titwaqqaf tifqigħa serja ta' influwenza tat-tjur.
  • U tinsiex li l-influwenza tat-tjur tista’ tinfirex għan-nies ukoll. Biex tnaqqas ir-riskju, evita l-kuntatt ma' annimali potenzjalment infettati jew misshom biss b’tagħmir protettiv .

Riżorsi biex jinxterdu

Kun ambaxxatur tal-bijosigurtà! Dan is-sett ta’ għodod jinkludi infografiċi, posters, stikers u posts tal-media soċjali lesti biex jintużaw, kemm jekk inti bidwi, tieħu ħsieb qatgħa domestika, inti veterinarju jew iżżur l-irziezet bħala parti minn xogħlok. Tiddejjaqx tuża dan il-materjal biex ittejjeb il-bijosigurtà u tgħin fil-prevenzjoni tat-tixrid tal-influwenza avjarja u tipproteġi s-saħħa tal-annimali.

Infografika: Żomm l-influwenza tat-tjur BARRA
Updated:

Infografika: Żomm l-influwenza tat-tjur BARRA

Poster: Żomm l-influwenza tat-tjur BARRA
Updated:

Poster: Żomm l-influwenza tat-tjur BARRA

Poster: Speċi WAĦDA, spazju WIEĦED
Updated:

Poster: Speċi WAĦDA, spazju WIEĦED

Poster: AGĦRAF is-sinjali
Updated:

Poster: AGĦRAF is-sinjali

Karusell tal-media soċjali: Ipproteġi t-tjur tiegħek, ipproteġi r-RAZZETT tiegħek
Updated:

Karusell tal-media soċjali: Ipproteġi t-tjur tiegħek, ipproteġi r-RAZZETT tiegħek

Stiker: Żomm l-influwenza tat-tjur BARRA
Updated:

Stiker: Żomm l-influwenza tat-tjur BARRA

Stiker: Speċi WAĦDA, spazju WIEĦED
Updated:

Stiker: Speċi WAĦDA, spazju WIEĦED

Stiker: AGĦRAF is-sinjali ħu azzjoni malajr
Updated:

Stiker: AGĦRAF is-sinjali ħu azzjoni malajr

nbf-campaign-toolkit-backgrounder.png
Updated:

Backgrounder

nbf-campaign-toolkit-infographic-protect-birds-today.png
Updated:

Infographic: Protect your birds today