Skip to main content
A yellow suitcase and a straw hat on top of a rock overlooking a mountainous landscape with clouds and a village below.

L-ivvjaġġar u l-pjanti

Passaport? Kollox sew! Biljetti? Kollox sew! Pesti... X’inhu?

Qed tivvjaġġa lejn pajjiż barra mill-UE? Hekk kif tipprepara u tippakkja biex tmur lura d-dar, żomm f’moħħok li xi affarijiet jeħtieġ li jibqgħu eżattament fejn sibthom: pjanti, żrieragħ, fjuri, frott u ħxejjex.

Għalfejn?

Il-kwistjoni hija li anki l-iċken żerriegħa jew frotta li tidher innoċenti tista’ ġġorr pesti jew mard – u toħloq riskji serji għas-saħħa tal-pjanti, għall-ambjenti agrikolu u naturali tagħna.

L-aħbar it-tajba hija li jekk nippakkjaw b’mod responsabbli, niċċekkjaw il-bwiet u l-kompartimenti, u niżguraw li l-basktijiet tagħna jkunu ħielsa mill-pjanti jew mill-prodotti tal-pjanti, nevitaw li nġibu magħna mistednin mhux mixtieqa – bħal Pesty!

Bi pjanti jew prodotti tal-pjanti, infissru pjanti ħajjin, fjuri, frott u ħxejjex friski, żrieragħ, biċċiet tal-pjanti, basal, u kwalunkwe parti oħra ta’ pjanti li potenzjalment tista’ ġġorr pesti jew mard. 

Suitcase

Jekk tħobbni, ħallini ...

Meta tkun qed tesplora destinazzjonijiet ġodda, gawdi s-sbuħija naturali ta’ madwarek iżda rażżan lilek innifsek milli tieħu xi pjanti d-dar. 
Meta tivvjaġġa barra mill-UE – jew fit-territorji ekstra-Ewropej tagħna[1] fir-reġjuni tal-Atlantiku, tal-Antartiku, tal-Artiku, tal-Karibew, tal-Indja u tal-Paċifiku – jekk jogħġbok ġib lura t-tifkiriet u r-ritratti, iżda mhux pjanti!

Irrispettivament mill-mod tat-trasport li qed tuża, evita li ġġorr pesti biex b’hekk tħalli l-pjanti u l-ekosistemi jkomplu jgħixu u jikbru. 

Photographing

Żerriegħa waħda tista’ tikkawża għadd kbir ta’ problemi

Fil-bidu tas-snin 2000, l-insett Thaumetopoea pityocampa għamel vjaġġ mhux mistenni — probabbilment mill-Afrika ta’ Fuq — lejn Pariġi, b’rikba fuq pjanti importati. Il-larvi tiegħu għamlu ħsara kbira fil-foresti tal-arżnu lokali u huma velenużi għall-bnedmin u għall-annimali[2].

Il-kuntrabandu ta’ suvenirs naturali jistgħu jħallu konsegwenzi negattivi. Qatt ma tgħid jekk inkunux qed nagħtu passaġġ b’xejn lill-pesti. Billi nħallu l-pjanti fejn dawn jappartjenu, nistgħu nipproteġu l-ekosistemi tagħna minn invażuri moħbija. 

Iċċekkja li ma ħadtx miegħek pesti abbord

  • Iġġibx miegħek pjanti, żrieragħ, fjuri, frott u ħxejjex meta tivvjaġġa lura lejn l-UE.
  • Kun konxju tar-riskji moħbija: żrieragħ żgħar + pesti = problema kbira.
  • Iċċekkja r-regolamenti lokali fid-destinazzjoni tiegħek.
  • Jekk ikollok dubju, ħalli kollox f’postu.
  • Xerred il-kelma, mhux il-pesti.

Riżorsi


[1] The EU’s overseas territories include: Greenland, Aruba, Bonaire, Curaçao, Saba, Sint Eustatius, Sint Maarten, French Polynesia, French Southern and Antarctic Territories, New Caledonia, Saint Barthélemy, St. Pierre et Miquelon, and the Wallis et Futuna Islands.

[2] Roques, Alain & Rousselet, Jérôme & Avci, Mustafa & Avtzis, Dimitrios & Basso, Andrea & Battisti, Andrea & Mohamed Lahbib, Ben Jamaa & Bensidi, Atia & Berardi, Laura & Wahiba, Berretima & Branco, Manuela & Chakali, Gahdab & Çota, Ejup & Mirza, Dautbasic & Delb, Horst & El Alaoui El Fels, My Ahmed & Mercht, Saïd & El Mokhefi, Mhamed & Forster, Beat & Robinet, Christelle. (2014). Climate Warming and Past and Present Distribution of the Processionary Moths (Thaumetopoea spp.) in Europe, Asia Minor and North Africa. 10.1007/978-94-017-9340-7_3.