Plants with a plant passport

Passaporti tal-pjanti

Passaport tal-pjanti hu dokument li jkollu informazzjoni vitali li tkun meħtieġa għall-kummerċ ta' żerriegħa, biċċiet ta' xtieli, pjanti, u siġar bejn negozji fl-UE.

Passaporti tal-pjanti huma obbligatorji biex nidentifikaw l-oriġini ta' pjanti u prodotti tal-pjanti, niżguraw traċċabilità u konformità mar-regolamenti dwar is-saħħa tal-pjanti.

Liema pjanti u prodotti jeħtieġu passaport tal-pjanti?

Dawn li ġejjin għandu jkollhom passaport tal-pjanti:

  • Materjali tal-propagazzjoni: Kull materjal li jintuża għall-propagazzjoni tal-pjanti, bħal żerriegħa, biċċiet ta' xtieli, basal u salvaġġi.
  • Pjanti ġo qsari, pjanti għal mifrex jew pjanti għal mejjiela mibjugħa għal skopijiet ornamentali jew għall-konsum, bħal fjuri u pjanti dekorattivi.
  • Lista eżawrjenti tista' ssibha hawn.

X'informazzjoni jkollu passaport tal-pjanti?

Passaport tal-pjanti jkun maħruġ f'forma kwadra jew rettangolari u jkollu numru ta' elementi fissi:

  • Fir-rokna fuq in-naħa tax-xellug hemm il-bandiera tal-Unjoni Ewropea, bil-kulur, jew iswed u abjad.
  • Fir-rokna fuq in-naħa tal-lemin hemm il-kliem 'passaport tal-pjanti'
  • L-ittra 'A' hi segwita mill-isem bottaniku tal-ispeċi tal-pjanta in kwistjoni.
  • L-ittra 'B' għandha l-kodiċi ISO tal-Istat Membru tal-fornitur segwita b'sing u n-numru tar-reġistrazzjoni fitosanitarja tal-operatur professjonali; tista' ssib aktar informazzjoni hawn.
  • L-ittra 'C' hi segwita bil-kodiċi ta' traċċabilità tal-pjanta. Dan jista' jkun supplimentat bil-kodiċi QR, ologramma, ċippa jew mezz ta' data ieħor li jappartjeni għall-kodiċi ta' traċċabbilità.
  • L-ittra 'D' hi segwita bil-kodiċi ISO tal-pajjiż ta' oriġini jew ta' produzzjoni.
Example of a plant passport

Hu importanti li tinnota li passaport tal-pjanti jinħareġ biss għal pjanti li huma ħielsa minn organiżmi li jagħmlu l-ħsara. Użu ta' dawn iċ-ċertifikazzjonijiet minn negozji jiggarantixxu li l-pjanti li tixtri huma ħielsa minn pesti u mard.

Jistgħu l-pjanti jivvjaġġaw bil-passaport tal-pjanti?

Iva, pjanti jistgħu jivvjaġġaw fl-UE bil-passaport tal-pjanti tagħhom. Il-passaport tal-pjanti jakkumpanja l-pjanti, żerriegħa jew materjali tal-pjanti matul il-kummerċ bejn operaturi tan-negozju. Dan jipprovdi informazzjoni dwar il-prodott, jiżgura konformità mar-regolamenti dwar is-saħħa tal-pjanta u jiffaċilita negozju bla intoppi fl-UE.

Billi tuża passaporti tal-pjanti, l-awtoritajiet u operaturi tas-suq jistgħu jimmoniterjaw il-moviment ta' pjanti u jnaqqsu r-riskju li jidħlu organiżmi li jagħmlu ħsara.