EFSA - Xjenza,
ikel sigur, sostenibbiltà
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel hija l-korp ta’ referenza għall-valutazzjoni tar-riskju tal-ikel u l-għalf fl-Unjoni Ewropea.

Min aħna
L-EFSA ġiet stabbilita taħt il-liġi tal-UE fl-2002 wara serje ta’ kriżijiet fil-qasam tal-ikel. Nipprovdu l-bażi xjentifika għal-liġijiet u r-regolamenti li jipproteġu lill-konsumaturi Ewropej minn riskji relatati mal-ikel – mir-razzett sal-platt.
L-iskop tagħna
Ngħinu biex niżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.
Intejbu s-sistema tas-sigurtà tal-ikel tal-UE
Nirrestawraw u nżommu l-fiduċja fil-provvista tal-ikel tal-UE

Il-viżjoni tagħna
Nipproteġu l-konsumaturi, l-annimali, il-pjanti u l-ambjent permezz ta’ parir xjentifiku indipendenti u trasparenti dwar ir-riskji fil-katina tal-ikel mir-razzett sal-platt
X’nagħmlu (u x’ma nagħmlux)
L-attivitajiet tagħna essenzjalment jikkonsistu fil-ġbir, il-valutazzjoni u l-integrazzjoni ta’ evidenza xjentifika biex inwieġbu mistoqsijiet dwar ir-riskji.
1
Nipprovdu pariri xjentifiċi indipendenti u appoġġ lill-amministraturi tar-riskju u lil dawk li jfasslu l-politika tal-UE dwar is-sigurtà tal-ikel u tal-għalf
2
Nipprovdu komunikazzjoni dwar ir-riskju indipendenti u f’waqtha
3
Nippromwovu l-kooperazzjoni xjentifika

Ix-xogħol tagħna jkopri l-katina tal-ikel kollha kemm hi mir-razzett sal-platt
L-għarfien, l-esperjenza u t-teħid tad-deċiżjonijiet tal- esperti xjentifiċi tal-EFSA jinsabu fil-qalba ta’ dak kollu li nagħmlu.
Dak kollu li nagħmlu huwa ggwidat mill-valuri tagħna
- Eċċellenza
- Indipendenza
- Onesta’
- Responsabbiltà
- Kooperazzjoni
L-onesta’ u t-trasparenza ilhom meqjusa bћala valuri ewlenin tal-EFSA minn mindu twaqqfet.
Ma’ min naħdmu

Aħna naħdmu mill-qrib ma’
msieћba u partijiet ikkonċernati
madwar l-Ewropa u d-dinja, billi naqsmu l-għarfien espert xjentifiku, id-data u l-għarfien. Dawn jinkludu:
- Stati Membri tal-UE
- Istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE
- Organizzazzjonijiet kompetenti
- Partijiet ikkonċernati tas-soċjetà ċivili
- Imsieћba Internazzjonali
Kollaborazzjoni fl-UE kollha u globali
L-EFSA, li tinsab fil-qalba ta’ Parma, hija parti integrali mis-sistema tas-sigurtà tal-ikel tal-UE. L-esperti individwali u l-organizzazzjonijiet kompetenti huma l-imsieћba tal-għarfien ewlieni tagħna.
Biex inrawmu dawn ir-relazzjonijiet, aħna nikkooperaw b’mod intensiv u nibnu l-hiliet f’organizzazzjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju tal-Istati Membri permezz tal-Forum ta’ Konsulenza, il-Punti Fokali Nazzjonali u n-Networks Xjentifiċi tagħna. Bl-istess mod, aħna naħdmu ma’ aġenziji oħrajn tal-UE, u żviluppajna kuntatti ta’ ħidma mill-qrib mal-kontropartijiet tagħna fil-Programm ta’ Qabel l-Aċċesjoni fil-UE u fil-qrib tal-UE.
L-impatt tal-kummerċ internazzjonali, il-movimenti tal-bniedem u t-tibdil fil-klima, biex insemmu biss ftit, iżid dimensjoni globali għall-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-ikel. L-EFSA għandha skambji regolari ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ma’ aġenziji tal-ikel f’diversi pajjiżi madwar id-dinja.

Kif naħdmu
Il-parti l-kbira tal-ħidma tal-EFSA titwettaq b’reazzjoni għal talbiet għal parir xjentifiku mill-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri tal-UE. Inwettqu wkoll ħidma xjentifika fuq inizjattiva proprja, b’mod partikolari biex neżaminaw kwistjonijiet emerġenti u perikli ġodda u biex naġġornaw il-metodi ta’ valutazzjoni u l-proċeduri tagħna.

Proċess tal-valutazzjoni tar-riskju
1
Wasla ta’ mandat/applikazzjoni
L-EFSA tirċievi talba għal parir xjentifiku (mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Parlament Ewropew jew mill-Istati Membri) jew tibda l-attività tagħha stess.
Jintlaħaq qbil dwar mandat, inklużi t-termini ta’ referenza u l-iskadenza; għall-applikazzjonijiet tas-suq, l-EFSA tivverifika/tivvalida l-kompletezza tagħhom u tista’ titlob aktar informazzjoni xjentifika mill-applikant.
Il-mandat jiġi assenjat lil wieħed mill-bordijiet xjentifiċi tal-EFSA jew lill-Kumitat Xjentifiku tagħha u jsir disponibbli fuq il-portal OpenEFSA.
2
Valutazzjoni
Il-valutazzjoni tar-riskju normalment titwettaq minn grupp ta’ esperti, li janalizza l-informazzjoni xjentifika disponibbli, u jista’ juża d-data migbura minn-networks tal-EFSA jew iniedi sejħa miftuħa għad-data.
Il-grupp ta’ ħidma jfassal abbozz u jippreżentah lill-bord rilevanti għal diskussjoni.
L-EFSA ta’ spiss ikollha konsultazzjonijiet pubbliċi dwar dawn l-abbozzi biex jiġu kkunsidrati l-kummenti fid-dokument rivedut.
3
Adozzjoni u pubblikazzjoni
Il-valutazzjoni tiġi adottata minn maġġoranza tal-membri tal-bord — bi kwalunkwe opinjoni ta’ minoranza rreġistrata.
Ir-riżultat – li normalment ikun opinjoni xjentifika, iżda jista’ jkun dikjarazzjoni, dokument ta’ gwida jew xi tip ieħor ta’ riżultat – imbagħad jiġi ppubblikat fil-Ġurnal tal-EFSA, il-ġurnal xjentifiku online tagħna b’aċċess miftuħ.
Il-pubblikazzjoni tista’ tkun akkumpanjata minn attivitajiet ta’ komunikazzjoni.

Komunikazzjoni tar-riskju
Il-mandat tal-EFSA biex tikkomunika b’mod ċar u aċċessibbli huwa stabbilit fir-regolament tat-twaqqif tagħna.
Komunikazzjoni kkoordinata fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri hija kruċjali biex tinżamm u tissaħħaħ il-fiduċja pubblika fis-sistema tas-sigurtà fl-ikel tagħna.
Għaliex il-komunikazzjoni tar-riskju hija importanti
- Il-fehim tal-perċezzjonijiet tal-konsumaturi dwar ir-riskji għas-sigurtà tal-ikel u tal-għalf
- It-tnaqqis tad-distakk bejn ix-xjenza u l-konsumaturi
- Il-promozzjoni u t-tixrid ta’ messaġġi konsistenti
Proċeduri li jpoġġu l- udjenza l-ewwel
L-EFSA żviluppat strateġija li tpoġġi l- udjenza l-ewwel – li timmira materjali ta’ komunikazzjoni speċifiċi lil udjenzi differenti permezz ta
għodod u pjattaformi
xierqa biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-udjenzi (esperti, tekniċi u mhux speċjalizzati) tagħha.
L-isfidi tal-futur
L-EFSA topera f’dinja li tinbidel malajr u teħtieġ li tiżgura li tkun tista’ tkompli twettaq il-missjoni tagħha. Aħna naraw żewġ kategoriji ta’ sfidi għas-snin li ġejjin.
Sfidi tas-soċjeta’
- L-aspettattivi tal-pubbliku rigward it-trasparenza u l-involviment
- L-evoluzzjoni tal-għarfien xjentifiku, il-ħolqien ta’ ħtieġa għal proċeduri nnovattivi u kollaborattivi
- L-impatt tal-globalizzazzjoni u t-tibdil fil-klima
- Id-disponibbiltà ta’ għarfien espert għall-ħtiġijiet multidixxiplinari tal-EFSA
Sfidi għall-valutazzjoni tar-riskju
- Ir-riskji ambjentali u emerġenti
- L-evalwazzjoni tas-sigurtà ta’ prodotti ġodda
- L-iżvilupp ta’ metodi ġodda ta’ valutazzjoni
- It-taħlitiet kimiċi / tossiċità kkombinata ta’ sustanzi fl-ikel
- Ir-reżistenza antimikrobika
Flimkien għal futur sigur u sostenibbli
Biex nindirizzaw l-isfidi tas-sigurtà tal-ikel t’ għada bbażati fuq l-aħħar xjenza, u nappoġġjaw il-bidla lejn sistemi tal-ikel sostenibbli, aħna nkomplu nibnu sħubijiet b’saħħithom fl-UE u lil hinn minnha.