komunikazzjoni tar-riskju

Description:
L-iskambju interattiv ta’ informazzjoni u opinjonijiet matul il-proċess tal-analiżi tar-riskju, inkluża l-ispjegazzjoni tas-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju u l-bażi tad-deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskju. Il-livelli ta’ skambju interattiv jinkludu: it-tixrid ta’ informazzjoni pubblika dwar ir-riskji lill-konsumaturi jew lil gruppi affettwati oħra; id-djalogu fi ħdan u bejn il-valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju; l-involviment mal-partijiet interessati affettwati mir-riżultati tal-analiżi tar-riskju.