Periklu - riskju
Last reviewed date:
X’inhu periklu Sustanza jew attività li għandha l-potenzjal li tikkawża effetti avversi fuq organiżmi jew ambjenti ħajjin? X’inhu riskju? Taf id-differenza?
Ara dawn il-vidjos biex issir taf: kun af il-periklu, naqqas ir-riskju!
| ; | Periklu: | Riskju: |
|---|---|---|
| Periklu huwa xi ħaġa li għandha l-potenzjal li tagħmillek il-ħsara. | Riskju huwa l-probabbiltà ta’ periklu li jikkawża ħsara. |
| Faqqiegħ | |
| Faqqiegħ velenuż fl-injam huwa periklu | Li tiekol faqqiegħ velenuż huwa riskju |
| Traffiku | |
| Karozza fit-triq hija periklu | Li taqsam it-triq mingħajr ma toqgħod attent huwa riskju |
| Elettriku | |
| Kurrent elettriku huwa periklu | Li tibdel bozoz imkissra qrib l-ilma huwa riskju |
| Valanga | |
| Valanga fil-muntanji hija periklu | Li tiskijja barra mill-pista huwa riskju |
| Silġ | |
| Silġ irqiq fuq il-lagi jew ix-xmajjar huwa periklu | Li tagħmel pattinaġġ fuq silġ irqiq huwa riskju |
| Batterji | |
| Batterju trażmess mill-ikel huwa periklu | Li tiekol ikel imħassar infettat mill-batterji huwa riskju |
| Sikkina | |
| Xafra taqta’ hija periklu | Li tuża sikkina mingħajr attenzjoni huwa riskju |
| Xemx | |
| Xemx sħuna ħafna hija periklu | Li tixxemmex mingħajr protezzjoni għall-ġilda huwa riskju |
| Nar | |
| Nar fil-foresta huwa periklu | Li tqabbad ħuġġieġa meta tkun qed tikkampja huwa riskju |
| Mewġ | |
| Mewġa qawwija ħdejn xatt il-baħar hija periklu | Li tgħum f’baħar imqalleb huwa riskju |









