Skip to main content

fattur ta’ sikurezza/inċertezza, magħruf ukoll bħala fattur ta’ valutazzjoni

Fir-rigward ta’ sustanza, huwa fattur użat mill-assessuri tar-riskju biex tiġi derivata doża ta’ referenza li hija meqjusa sikura jew li taħtha huwa improbabbli li jseħħ effett avvers. Il-valur tal-fattur tas-sikurezza jiddependi mill-effett tossiku, id-daqs u t-tip tal-popolazzjoni li għandha tiġi protetta u l-kwalità tad-data (eko)tossikoloġika u tal-esponiment disponibbli.