Il-persunal xjentifiku
L-EFSA timpjega Uffiċjali Xjentifiċi bi profili differenti biex jikkontribwixxu għall-valutazzjonijiet tar-riskju tagħha. Jekk int impjegat bħala Uffiċjal Xjentifiku, l-għarfien u l-kompetenza tiegħek jikkontribwixxu għall-opinjonijiet u riżultati oħra tal-EFSA, li jinfurmaw id-deċiżjonijiet meħuda mill-maniġers tar-riskju fil-livell tal-UE u dak nazzjonali dwar is-sikurezza fl-ikel.
Min jista’ japplika?
xjenzati b’għarfien espert ippruvat fil-qasam speċifikat fis-sejħa. Għal ħarsa ġenerali lejn is-suġġetti li jaħdmu fuqhom ix-xjenzati tal-EFSA, ara hawn.
Rekwiżiti
- Il-kandidati jridu jiġu minn wieħed mill-Istati Membri tal-UE, l-Iżlanda jew in-Norveġja.
- Irid ikollok livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma ta’ mill-anqas 3 snin, ċertifikati b’diploma.
- Għandu jkollok għarfien tajjeb ħafna ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE (idealment l-Ingliż bħala l-lingwa ta’ ħidma tal-EFSA) u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa oħra tal-UE.
X'qed noffru
- Diversi benefiċċji, bħal benefiċċju tal-unità domestika, benefiċċju tal-espatrijazzjoni (16% tas-salarju bażiku), benefiċċju tat-tfal dipendenti u benefiċċju tal-edukazzjoni
- Vaganzi ġenerużi (eż., liv annwali, liv tal-ġenituri, festi pubbliċi) u sigħat tax-xogħol flessibbli