Skip to main content

Benefiċċji

Ix-xogħol mal-EFSA huwa ta’ sodisfazzjon. Mhux biss tikkontribwixxi biex iżżomm l-ikel sikur, iżda int intitolat ukoll għal firxa ta’ benefiċċji għalik u għall-familja tiegħek.

 
vegetables

L-ikel jeħtieġ kura...

... u hekk ukoll in-nies li jaħdmu għas-sikurezza tiegħu.

Fl-EFSA, aħna noffru sigħat ta’ xogħol flessibbli, arranġamenti ta’ liv speċifiċi, assigurazzjoni medika internazzjonali, u skema tal-pensjoni ddedikata għall-impjegati tagħna.

Tista’ tingħaqad ma’ klabbs u timijiet sportivi differenti, u tibbenefika mill-inizjattivi ta’ benesseri tagħna.

Għandna wkoll benefiċċji għal Professjonisti Żgħażagħ, Esperti Nazzjonali Sekondati u Esperti li jikkontribwixxu għall-ħidma tagħna.

Aktar minn sempliċiment xogħol

Pjan tal-pensjoni b’saħħtu

Meta tkun wasalt fl-età pensjonabbli jew jekk tkun ilek fis-servizz għal mill-inqas għaxar snin, int intitolat għal pensjoni tal-UE.

Kura tas-saħħa

Nagħtuk serħan il-moħħ permezz tal-Iskema Konġunta tal-Assigurazzjoni kontra l-Mard (JSIS) li tipprovdi kopertura 24/7. Tista’ tikkonsulta wkoll mal-konsulent mediku tagħna fuq il-post u tgħaddi minn eżami mediku ta’ kull sena.

Ħinijiet tax-xogħol flessibbli

Aħna noffru sigħat ta’ xogħol flessibbli u arranġamenti ta’ liv ġenerużi. Il-membri tal-persunal jaħdmu fil-kwartieri ġenerali tal-EFSA li jinsabu fil-qalba ta’ Parma, u hemm ukoll għażliet ta’ telexogħol disponibbli.

Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

Fl-EFSA se tkun f’ambjent tax-xogħol internazzjonali, fejn tista’ tibbenefika minn ħafna opportunitajiet ta’ taħriġ u żvilupp. Matul il-ħin liberu tiegħek tista’ tesplora l-inħawi xeniċi ta’ Parma, tingħaqad ma’ gruppi tal-persunal u klabbs sportivi, jew tipparteċipa f’diversi inizjattivi ta’ benesseri.

Benefiċċju tal-vaganzi ġeneruż

Bħala membru tal-persunal tal-EFSA, int intitolat għal liv annwali kif ukoll għal jiem ta’ liv addizzjonali minħabba l-età u d-distanza mill-post tal-oriġini. Il-liv speċjali jingħata għal ċerti ċirkostanzi bħaż-żwieġ, it-twelid ta’ wild, jew il-mewt ta’ qarib strett.

Edukazzjoni għat-tfal

Jekk għandek it-tfal u tixtieqhom jibbenefikaw minn edukazzjoni Ewropea qrib il-post tax-xogħol tiegħek, tista’ tirreġistrahom fi “Scuola Per l’Europa”, skola Ewropea akkreditata b’lezzjonijiet bl-Ingliż u lingwi oħra tal-UE.

Staqsi mistoqsija lill-EFSA

Għandek mistoqsija dwar benefiċċji speċifiċi?